“Paceville għandu bżonn aktar tfajliet biex jimlewlek il-weekend tiegħek. Għaldaqstant iddeċidejna li nieħdu l-affarijiet f’idejna sabiex nipprovdu kemm jista’ jkun tfajliet.”
Din hija d-deskrizzjoni li ngħatat fuq Facebook ta’ party, imsejjaħ ‘Girls Invasion’ u li qed ikun organizzat minn ‘Joel C – Events & Marketing’ – kumpanija li titmexxa minn Joel Caruana.
Joel Caruana kien imexxi l-kumpanija ‘I Love Music’, magħrufa l-aktar għall-organizazzjoni tat-‘teen parties’.
Fuq Facebook, il-party ‘Girls Invation; jiġi deskritt hekk:
“We noticed that Paceville needed a lot more girls to make your weekend full so we decided to take this issue in our hands and supply as much girls as possible… And we gonna do it just fine.”
Lura fl-2010, Joel Caruana ngħata sentenza sospiża mill-Qorti wara li nstab li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifla ta’ 13-il sena.
It-tieni sentenza, li wkoll kienet ġiet sospiża, ingħatat fl-2013 wara li kien deher f’ritratt jaqbad sider tfajla taħt l-eta’ (ritratt ta’ taħt). Hu kien ammetta wkoll li kellu x’jaqsam ma’ din it-tfajla taħt l-eta’ u li kien offenda l-morali pubbliċi.
Wara dawn is-sentenzi, l-attivita’ ta’ Joel Caruana fil-qasam tal-mużika u l-‘parties’ kienet naqset, xi ftit jew wisq. Iżda jidher li għas-sena 2015, il-kumpanija mmexxija minn Joel Caruana, u li ġġib ismu, qed tippjana serje ta’ parties f’wieħed mill-klabbs popolari f’Paceville… bl-ewwel party jkun apposta biex iżid it-tfajliet f’Paceville!
Ir-ritratt li kien wassal għal sentenza sospiża għal Joel Caruana fl-2013, u li kien pubblikat fuq is-sit www.timesofmalta.com.
//= $special ?>