Internazzjonali

Tensjoni qabel is-Serata tal-Oscars

L-aħħar sigħat kienu mimlijin b’ansjeta’ u tensjoni għall-atturi, id-diretturi u l-protagonisti oħra taċ-ċinema li huma nnominati għall-kategoriji rispettivi fis-Serata tal-Oscars. Iċ-ċerimonja prestiġjuża għanda tibda tard bil-lejl fid-Dolby Theatre ta’ Los Angeles, fl-Istati Uniti, bir-riżultati jsiru magħrufa kmieni għada filgħodu.

Din se tkun is-87 edizzjoni tal-Oscars , bil-preżentatur, din is-sena, se jkun l-attur Neil Patrick Harris. Fiċ-ċerimonja għandhom anki jieħdu sehem ismijiet magħrufa sew fid-dinja tal-muzika u l-ispettaklu, u li jinkludu Lady Gaga, Rita Ora, Jennifer Hudson u Anna Kendrick.

Intant, l-attenzjoni se tkun fuq iż-żewġ films, Birdman u Boyhood, li huma fost il-favoriti netti li jirbħu l-kategorija għall-Aqwa Film f’din iċ-ċerimonja.

Fil-fatt, il-film Birdman, ta’ Alejandro G Inarritu, għadu kemm rebaħ l-aqwa premju waqt l-Film Independent Spirit awards fejn l-esperti għażluh għall-aħjar feature u ċinematografija, b’Michael Keaton jingħażel bħala l-aħjar attur..

Min jaf jekk dan is-suċċess jirrepetix ruħu kmieni għada filgħodu fid-Dolby Theatre?

Iż-żmien jagħtina parir….