F’Bangladesh mietu talanqas 33 persuna wara li nqaleb ferry fix-Xmara Padma, li tinsab xi 40 kilometru lejn il-Majjistral mill-kapitali Dhaka.
Mifhum li hemm talanqas tarbija fost il-mejtin, bit-traġedja sseħħ meta l-ferry ħabat direttament ma’ trawler. Ir-rapporti qalu li talanqas 50 passiġġier irnexxielhom jgħumu sax-xatt inkella spiċċaw salvati mis-servizzi tal-emerġenza. Dan meta l-ħidma ta’ fejda għadha qed tkompli fl-inħawi.
Dawn l-inċidenti huma komuni f’Bangladesh meta, f’ħafna drabi, l-ferries jispiċċaw mgħobbija b’numru eżaġerat ta’ passiġġieri.
//= $special ?>