Franza bagħtet l-aircraft carrier tagħha Charles de Gaulle b’ajruplani tal-gwerra kontra l-ISIS fl-Iraq. Franza qed tingħaqad ma’ kampanja militari mmexxija mill-Istati Uniti biex l-ajruplani militari tagħha, mill-aircraft carrier, jilħqu d-destinazzjoni tagħhom f’nofs il-ħin milli kieku mill-bażi tagħhom fl-Emirati Għarab Magħquda.
L-ewwel missjoni minn fuq l-aircraft carrier Franċiża bdew it-Tnejn. Id-deċiżjoni tal-Gvern Franċiż, li jingħaqad fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku, kienet tħabbret f’Jannar wara l-attakki fuq Charlie Hebdo u s-supermarket tal-Lhud.
Il-bastiment Charles de Gaulle hu l-ikbar bastiment tal-gwerra f’idejn pajjiż Ewropew tal-Punent. Il-vapur jista’ jġorr bejn 20 u 25 ajruplan, inkluż fighter jets u missili. Għandu sottomarin, bastiment b’ħażna tal-fuel, diversi vapuri iżgħar tal-gwerra u bastiment ta’ kontra s-sottomarin.
Mill-bażi tagħha fl-Emirati Għarab Magħquda, Franza għandha disa’ fighter jets u sitt Mirage fighter jets oħra mill-Ġordan. Fiz-zona hemm ukoll l-aircraft carrier Amerikana l-USS Carl Vinson tipparteċipa fl-attakki.
//= $special ?>