Chelsea se jappellaw mill-karta ħamra li ntwera Nemanja Matic fid-draw 1-1 tas-Sibt f’darhom kontra Burnley.
Il-midfielder Serb ta’ 26 sena tkeċċa talli mbotta lil Ashley Barnes fl-art wara li kien attakkat mill-plejer tal-Clarets.
Il-liders tal-Premier League għandhom sas-2 p.m. tal-lum biex jissottomettu l-provi tagħhom lill-FA.
Matic se jkun qed jitlef il-finali tal-Capital One Cup il-Ħadd kontra Tottenham diment li l-appell ta’ Chelsea ma jkunx milqugħ.
Hu se jkun sospiż ukoll għall-partit mill-kampjonat kontra West Ham u Southampton jekk is-sospensjoni tiegħu ta’ tliet partiti tibqa’ tgħodd.
//= $special ?>