Sport Sport Ieħor

Filmat: Fotografu aljenat jittajjar minn żiemel waqt tellieqa

Tiġrija tat-Trott fil-Fillandja setgħet spiċċat fi traġedja għal fotografu, li ma ndunax b’żiemel li kien ġej min-naħa ta’ barra u spiċċa ntlaqat minnu.

Jirriżulta li waqt it-tiġrija, iż-żiemel bidel il-pass fl-aħħar metri u ġie skwalifikat. Għalhekk, kif jitolbu r-regoli, is-sewwieq ġibed liż-żiemel lejn in-naħa ta’ barra.

Il-fotografu jidher li kien qed jitkellem ma’ fotografu ieħor meta s-sewwieq ma rnexxielux iwaqqaf liż-żiemel tiegħu fil-ħin.

Fortunatament, il-fotografu sofra biss feriti ħfief.