Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum it-Tnejn, 23 ta’ Frar.

IN-NAZZJON b’ritratt kbir fil-faċċata li juri lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fi tmiem il-Maratona ta’ Malta li saret b’suċċess ilbieraħ filgħodu. Fl-istorja ewlenija, naqraw li l-Pulizija qed tagħmel għassa stretta mal-villa tan-negozjant Malti Ryan Schembri li ssemma’ f’każ xokkanti ta’ allegat frodi ta’ miljuni.

L-istorja dwar il-kontijiet bankarji fl-HSBC tal-Iżvizzera tkompli tiddomina l-aħbarijiet. THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta li Ninu Zammit ġie sospiż mill-PN wara li issemma’ bħala wieħed minn dawk li kellu kontijiet f’dan il-pajjiż. THE TIMES OF MALTA tgħid illi l-eks Ministru Nazzjonalista sas-sena li għaddiet kien irregolarizza l-pożizzjoni tiegħu.

L-ORIZZONT ikompli jsegwi l-istorja tal-Kap tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u l-mod kif kien imexxi lill-ħaddiema tiegħu.