Hi tal-mistħija kif numru kbir ta’ ħaddiema tal-Enemalta li bħalissa għaddejjin minn inċertezza kbira dwar il-futur tal-impjieg tagħhom, kontra dak li kien imwiegħed qabel l-elezzjoni, qed jiġu diskriminati dwar impjiegi alternattivi li jistgħu jagħżlu minflok l-impjieg li għandhom fil-preżent.
Fi stqarrija, is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) fakkar kif numru konsiderevoli ta’ ħaddiema qed jilmentaw li x-Shop Stewards tal-GWU qed imexxu dan il-proċess, bil-bqija tal-ħaddiema ma jafux x’hemm jistennihom. Dan imur kontra kull prassi f’eżerċizzji ta’ ristrutturar, fejn l-impiegi alternattivi jigu mgħarrfa lill-ħaddiema kollha mingħajr l-ebda distinzjoni, kif ukoll bil-unions rappreżentati taghhom miżmuma infurmati f’kull parti tal-proċess. B’hekk, il-ħaddiema jkollhom l-anqas tbatija possibli.
Is-SĦPN tenna li l-proċess mhuwiex wieħed ġust, tant li l-ħaddiema, inklużi ħaddiema msieħba mal-GWU, qed iħossu li qed jiġu iddiskriminati, bil-ħaddiema stess qed jindunaw li ġew traduti mill-Gvern u mill-GWU.
Is-SĦPN fakkar li fl-għaqda hemm is-saħħa u l-ebda Gvern jew pupazzi tiegħu mhu se jitħallew jumiljaw lill-ħaddiema tal-Enemalta.
//= $special ?>