Il-prinċipju li l-kandidati u l-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jkunu għas-servizzi tal-komunitajiet se jkun attwat kemm fejn il-Partit Nazzjonalista għandu maġġoranza kif ukoll fejn hemm Kunsilli Lokali li fihom il-Partit Nazzjonalista jkunu f’minoranza.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon busuttil għamel żjara f’Raħal Ġdid fejn iltaqa’ ma’ diversi residenti kif ukoll mal-komunita kummerċjali tal-lokal. Hu kien akkumpanjat mill-kelliem tal-Oppożizjzoni għall-Kunsilli Lokali David Agius u l-kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Raħal Ġdid.
Simon Busuttil qal li f’Raħal Ġdid il-Kunsill Lokali Laburista mhux iżomm il-wegħdi mar-residenti. Foshom billi ma wettaqx il-proġett tal-pjazza.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li anki mill-Oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista qed jirnexxielu jwettaq bidliet għall-ġid tal-poplu. Bħala eżempju l-Kap tal-PN sostna li kienet il-pressjoni tal-Oppożizzjoni li wasslet biex il-Gvern raħħas il-prezzijet tal-petrol u d-diesel.
Simon Busuttil sostna li minkejja dan ir-roħs miżeru ta’ 4ċ, il-poplu Malti xorta għadu jħallas fost l-ogħla prezzijiet għall-petrol u d-diesel.
//= $special ?>