Hekk kif għada mistennija tieħu deċiżjoni importanti dwar ix-xogħol illegali li sar fuq il-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli, l-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna li l-MEPA tieħu d-deċiżjoni t-tajba – fl-interess pubbliku u mhux fl-interess ta’ xi politiku.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija li fiha innota li huwa ċar li fl-aħħar xhur, il-MEPA intużat bħala għodda politika biex isservi lill-membri għolja fil-Gvern u mhux biex issalva l-ambjent ta’ pajjiżna. Dan m’huwiex il-mod ta’ kif għandha timxi l-Awtorità responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar ta’ pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista qal li qed jisfida lill-MEPA biex tieħu d-deċiżjoni tajba. Jekk ma tagħmilx hekk, il-Partit Nazzjonalista se tkun qed iżomm lill-Awtorità responsabbli. Id-drittijiet indaqs m’humiex biss titlu li jitniżżel wara l-isem tal-Ministru, iżda għandhom ikunu prinċipju li kull deċiżjoni tkun ibbażata fuqhom.
//= $special ?>