Wara aktar minn erba’ xhur mill-ħarba tiegħu minn Malta, fl-20 ta’ Settembru li għadda, il-villa ta’ Ryan Schembri fil-Mellieħa fil-jiem li għaddew reġgħet imtliet bl-attività. Dan il-fatt jindika żvolta ġdida fl-istorja ta’ dan in-negozjant Malti li ħarab minn pajjiżna wara li spiċċa mifni minn djun ta’ miljuni ta’ ewro.
Il-ġurnal In-Nazzjon illum qed jirrapporta li madwar tliet ġimgħat ilu, persuna jew persuni daħlu fil-villa ta’ Schembri u ġabru l-volum qawwi ta’ posta li kien hemm fil-kaxxa tal-ittri. Aktar tard, inħarġu għadd ta’ garbage bags mimlija b’oġġetti għar-rimi.
Fl-aħħar jiem kien hemm ukoll il-preżenza tal-Pulizija li kienu għassa mal-istess residenza.
Aktar dettalji fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal In-Nazzjon.
//= $special ?>