Lokali

Jerġgħu ifiġġu l-problemi ta’ ħruġ ta’ drenaġġ ‘il barra mill-kosta tax-Xagħjra

Fl-aħħar snin, l-impjant kien solva problema kbira, iżda dan l-aħħar qed jerġa’ jkun hemm żbroff ta’ drenaġġ f’dawn l-inħawi

Jerġgħu ifiġġu l-problemi ta’ ħruġ ta’ drenaġġ ‘l barra mill-kosta tax-Xagħjra fid-direzzjoni tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ.

Fl-aħħar snin dan l-impjant kien solva l-problema kbira ta’ drenaġġ li kien jintefa fil-baħar tax-Xagħjra u li fil-passat kien jikkaġuna problemi ambjentali mhux biss għar-residenti iżda wkoll għall-pubbliku li jżur iż-żona.

Kien Gvern Nazzjonalista li nvesta l-miljuni biex dan l-impjant jinbena u jkun jiffunzjona b’mod effiċjenti u kien propju dan l-investiment li f’dawn l-aħħar snin waqqaf ir-rimi ta’ drenaġġ mhux trattat fil-bahar fix-Xagħjra.

Mhux magħruf x’inhi r-raġuni li wasslet biex fl-aħħar ġranet reġa’ deher ammont kbir ta’ drenaġġ ‘l barra mill-kosta tax-Xagħjra. Residenti li tkellmu ma’ In-Nazzjon sostnew li din il-problema qed issir frekwenti fejn qabel kienet issolviet.

Xghajra ta Haz-Zabbar zbrof tad-drenagg fil-bahar (5)

Xghajra ta Haz-Zabbar zbrof tad-drenagg fil-bahar (8)

Ir-ritratt