L-awtoritajiet fi Franza, għall-ewwel darba, ikkonfiskaw il-passaporti ta’ sitt ċittadini Franċiżi li allegatament kienu qed jippjanaw biex jivvjaġġaw lejn is-Sirja bl-iskop li jissieħbu fil-‘gwerra qaddisa’ tal-ġiħadisti Iżlamiċi.
Il-Ministru tal-Intern Franċiż, Bernard Cazeneuve, qal li s-servizzi sigrieti ta’ pajjiżu jaħsbu li s-sitt Franċiżi inkwistjoni riedu jingħaqdu mat-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) fit-territorji Sirjani.
Intant, il-ħtif tal-passaporti hu permess taħt il-liġijiet ġodda għal kontra t-terroriżmu li Franza adottat f’Novembru li għadda.
//= $special ?>