Toħroġ id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja politiċi. Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jiddikjara li l-persuni li jirriżulta li għandhom kontijiet bankarji fl-Izvizzera, jkunu sospiżi mill-ewwel mill-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jiddikjarax xi tkun il-pożizzjoni tiegħu jekk jirriżulta li hemm persuni pubbliċi appuntati minnu jew nies fil-Partit Laburista li wkoll għandhom kontijiet bankarji fl-Izvizzera.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’Raħal Ġdid, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ghal-Partit Nazzjonalista, mhux aċċettabbli li jkun hemm persuni pubbliċi li jkollhom kontijiet fl-Izvizzera u li għalhekk dawn qed ikunu sospiżi mill-PN sakemm isimhom ikun iċċarat b’infomazzoni dwar dawn il-kontijiet.
Simon Busuttil sostna li l-Partit Nazzjonalista m’għandux aktar informazzjoni dwar l-ismijiet tal-persuni fl-iswissleaks.
Dan il-każ qed joħroġ ukoll id-differenza fid-deċiżjonijiet li jieħdu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
S’issa fl-Iswiss leaks kienu żvelati l-ismijiet tal-eks-Ministri Ninu Zammit u Michael Falzon li spjegaw li huma għandhom kontijiet bankarji fl-Izvizzera. Huma kienu sospiżi mill-Partit Nazzjonalista immedjatament.
//= $special ?>