Lokali

Joseph Muscat għandu responsabbilta’ għad-diskors dispreġjattiv ta’ Justyne Caruana – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppżzizjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li l-każ tat-theddid tas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana hu każ xokkanti li fih membru tal-kabinett Laburista hedded ħaddiema li jaqgħu taħtha.

F’intervista esklussiva li xandar MaltaRightNow.com,waħda mill-ħaddiema tkellmet dwar it-theddid ta’ Justyne Caruana fil-laqgħa li l-ħaddiema kellhom magħha.

Il-ħaddiema qaletli Justyne Caruana qaltilhom :“Ħa nurikom min hi Justyne Caruana llum. Jekk toħorġu xi kelma minn hawn ġew tpattuha qares.”

B’reazzjoni għal din l-atitudni tas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, meta kien qed jitkellem f’Raħal Ġdid, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din mhix sitwazzjoni aċċettabbli minn memru tal-Kabinett u qal li dan it-theddid hu insult mhux biss għall-ħaddeima involuti, iżda wkoll għall-poplu kollu u quddiem dan il-każ il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu responsabbilta.

Il-kummenti sħaħ ta’ Simon Busuttil dwar dan il-każ fil-filmat t’hawn fuq.