Lokali

Kandidat Laburista jgħid li d-deċiżjoni ta’ Simon Busuttil hi “it-triq ‘il quddiem”

Hekk kif qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat biex jieħu pożizzjoni ċara dwar il-każ tal-iSwissleaks, anke l-Kandidat Laburista Lino Bianco hu tal-opinjoni li l-partiti politiċi jridu jieħdu azzjoni.

Il-Kandidat Laburista esprima dan il-ħsieb fuq Facebook meta xxerja artiklu li deher fuq sit elettroniku lokali dwar dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ilbieraħ. L-artiklu fuq is-sit ta’ The Times of Malta kkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li kulmin jissemma’ fl-iskandlu jista’ jqis lilu nnifsu sospiż mill-Partit Nazzjonalista.

Min-naħa tiegħu u b’reazzjoni għal dan l-artiklu, filwaqt li qal “Prosit” lil Simon Busuttil, Lino Bianco awguralu li din id-deċiżjoni politika hi “it-triq ‘il quddiem”. B’hekk, il-Kandidat Laburista ried ukoll jgħaddi l-messaġġ tiegħu lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat biex isegwi d-deċiżjoni li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Lino Bianco FB Prosit SB 2 220215