Futbol Sport

Manenti mhux se jitlaq lil Parma

It-tim tas-Serie A Parma jinsab fi stat konfuż imma l-President Giampietro Manenti insista li mhux se jitlaq lill-klabb minkejja l-problemi kbar finanzjarji.

It-tim li jinsab l-aħħar fis-Serie A, il-Ħadd kellu l-partita tiegħu kontra Udinese posposta minħabba li naqas li jħallas lill-uffiċjali tas-sigurtà.

Il-problemi finanzjarji kienu problema kbira għal Parma li diġà tnaqqsilhom punt talli ma ħallsux lill-plejers fil-ħin.
Manenti iżda jinsab determinat li jsalva lill-klabb milli jfalli.

Intant il-President ta’ Sampdoria Massimo Ferrero talab lill-klabbs kollha tas-Serie A biex jgħinu lil Parma.
Ferrero talab il-klabbs biex jgħaqqdu r-riżorsi u jgħinu lil Parma li x-xahar id-dieħel se jkunu qed jiffaċċjaw smiegħ dwar il-falliment finanzjarju.