Sport Sport Ieħor

Murray fit-tielet post

TENNIS: Il-Brittanniku Andy Murray tela’ fit-tielet post tar-ranking mondjali ATP u qabeż lill-Ispanjol Rafael Nadal.

Din hi l-ogħla pożizzjoni fir-ranking tal-Iskoċċiż ta’ 27 sena sa minn meta kien fit-tieni post, wara li kien għeleb lis-Serb Novak Djokovic fil-final ta’ Wimbledon fl-2013.

Huwa kien niżel fit-12-il post f’Settembru tas-sena l-oħra wara li għamel tliet xhur barra minħabba operazzjoni f’dahru.
Djokovic żamm l-ewwel post quddiem l-Iżvizzeru Roger Federer.

It-tibdil l-ieħor li kien hemm fl-ewwel 10 postijiet fir-ranking kien jinvolvi lill-Bulgaru Grigor Dimitrov li tela’ fl-10 post quddiem il-Kroat Marin Cilic li niżel fil-11-il post.

Din il-ġimgħa Murray se jkun qed jilgħab kontra Gilles Muller tal-Lussemburgu fl-ewwel round mid-Dubai Duty Free Championship.