Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali juri mutur tal-Pulizija pparkjat f’residenza privata.
Il-mutur jidher fil-parti komuni ta’ blokka appartamenti u skont qarrejja ta’ maltarightnow.com, il-mutur ikun ipparkjat filgħodu u jerġa’ joħroġ waranofsinhar.
Li vettura uffiċjali tkun ipparkjata f’residenza privata tmur kontra r-regoli tax-xogħol tal-Pulizija, dan għaliex uffiċjali tal-Korp suppost li jżommu vettura pubblika fil-garaxx tal-Pulizija.
Maltarightnow.com qed jinvestiga din l-istorja biex jistabilixxi x’wassal biex dan ir-ritratt kien jew ikun ipparkjat f’residenza privata.
//= $special ?>