78 rekluta ġdid bdew erba’ xhur ta’ taħriġ intensiv biex finalment jissieħbu fil-Forzi Armati Maltin. Fl-aħħar ġimgħat il-FAM ingaġġaw wkoll 120 rekluta ġdida.
Fl-aħħar xhur dawn iż-żgħażagħ għaddew minn testijiet fiżiċi u mediċi biex kienu aċċettati. Wara li kienu indirizzati minn uffiċjali tal-FAM, ir-rekluti ingħataw ġuramnet ta’ lealta lejn il-pajjiż.
Wara li jtemmu taħriġ mfrux fuq 18-il xahar, jkun mistenni li r-rekluti jilħqu l-livelli meħtieġa biex iservi bħala suldati fil-militar. Minbarra l-aspetti militari, ir-rekluti jriud jilħqu wkoll livelli ta’ drill, iġene, dixxiplina u ilbies skont ir-regoli tas-servizz. Huma se jingħataw diversi taħriġ fosthom fl-użu tal-armi, drill ċerimonjali, l-ewwel għajnuna medika, liġijiet umanitarji u reogli oħra mabruta ma’ responsabbiltajiet fuq l-art, fl-ajru u fuq il-baħar.
Ritratt: Forzi Armati ta’ Malta
//= $special ?>