Diversi residenti Rabtin huma irrabjati wara li dalgħodu sabu t-triq tan-Nigret Nightclub magħluqa kompletament.
Persuni li tkellmu magħna qalulna li uffiċjal ta’ Transport Malta ma ħalla lil ħadd jidħol fit-triq. Dan affetwa mhux biss lir-residenti, li ma kienux avżati, iżda anke lil persuni li joffru servizzi jew li għandhom negozju.
Bħalissa fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat għaddej xogħol ta’ trinek mal-ġenb tat-triq. Fl-aħħar jiem, it-triq dejjem inżammet miftuħa għaliex il-karozzi jistgħu jgħaddu faċilment.
Intant, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura b’reazzjoni qal li mhux minnu li n-nies ma kienux infurmati dwar dan ix-xogħol għax intbgħatet ittra reġistrata lil kull residenza, kif ukoll lill-Kunsill Lokali fil-bidu ta’ Frar. L-awtoritajiet qalu wkoll li ntbgħatet stqarrija għall-istampa minn Transport Malta filwaqt li ġew ippubblikati avviżi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-ġurnali kollha.
//= $special ?>