L-Awstralja irtirat l-unuri li kienet tat lil Rolf Harris, xhur wara li l-kantant u preżentatur tal-programmi għat-televiżjoni instab ħati dwar abbuż sesswali fuq it-tfal.
Stqarrija xotta qalet li l-Gvernatur Ġenerali, Peter Cosgrove, iddeċieda li ‘m’għadhomx validi’ l-unuri ta’ Harris bħala Uffiċjal u Membru tal-‘Order of Australia’.
F’Lulju li għadda, Harris, li għandu 84 sena, weħel sitt snin ħabs b’konnessjoni ma’ tnax il-attakk indiċenti fuq erbat ibniet. Hu kien wettaq l-abbuż inkwistjoni bejn l-1968 u l-1986.
L-Awstralja tippreżenta l-unuri nazzjonali taħt sistema differenti minn tar-Renju Unit — b’Harris ikun anki onorat (fuq dan il-livell) taħt is-sistema Britannika.
Rolf Harris, tard fis-snin sittin, kiseb fama internazzjonali bħala personalita sinonima mad-divertiment tat-tfal. Intant, Harris hu wkoll artist ‘ta’ ċerta fama’ u li, fl-2006, kien lesta pittura tar-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra biex jimmarka għeluq sninha.
Sadanittant, il-kantant Awstraljan, proprju dan ix-xahar, kien interrogat mill-ġdid mill-pulizija rigward allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali.
//= $special ?>