MOTOGP: Valentijn Rossi rreġistra l-aħjar dawra fl-ewwel jum mit-tieni test tal-MotoGP f’Sepang.
It-Taljan kien wieħed minn għadd ta’ sewwieqa li spiċċaw fl-ewwel post tal-ħinijiet reġistrati u baqa’ jżomm din il-pożiżżjoni minn nofsinhar sal-4 p.m. meta mbagħad kien hemm maltempata tar-ragħad u xita.
Rossi u sieħbu Jorge Lorenzo kienu qed jiddebutaw bil-gearbox il-ġdida tal-Yamaha li għandha l-gearijiet kemm l-isfel kif ukoll il-fuq bħal dik tal-Honda. Dani Pedrosa tal-Honda u Pol Espargaro tal-Yamaha Tech 3 kisbu l-aħjar ħinijiet wara Rossi.
Ilbieraħ kien hemm ukoll id-debutt tad-Ducati GP15 fejn is-sewwieqa tat-tim Factory Andrea Dovizioso u Andrea Iannone kellhom mutur ġdid kull wieħed flimkien mal-mudell preċedenti, l-GP 14.3.
Yonny Hernandez li tilef l-ewwel test minħabba injury irritorna fl-azzjoni.
Wara x-xita ħafna sewwieqa rritornaw fuq iċ-ċirwkit biex jippruvaw it-tyres tax-xita. It-testijiet issa jkomplu llum u għada waqt li l-Ħamis se jkun jum dedikat għall-iżvilupp tat-tyres Michelin.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>