F’dawn l-aħħar jiem instabet iktar droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan hekk kif dan il-portal jinsab infurmat li matul din il-ġimgħa instabet borża bi trab suspettuż fuq persuna li hija residenti f’din il-faċilità. Wara li nstabet din id-droga saret ukoll tfittxija fiċ-ċella ta’ din il-persuna fejn instabu wkoll affarijiet relatati mat-teħid tad-droga.
Jidher li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>