Din il-karozza unika Volkwagen Type 2 Samba Microbus ġabet il-prezz ta’ £67,500 (jew €92,000) f’irkant fir-Renju Unit.
Din il-vettura, assoċjata ma’ avventuri għal ħafna hippies u ma’ familji li kienu joħorġu fi gruppi kbar għal divertiment, hi meqjusa fost l-ewwel, jekk mhux l-ewwel tat-tip tagħha li daħlet uffiċjalment fir-Renju Unit minkejja li hi tal-1955. Kienet inbniet fil-fabbrika tal-Volkswagen f’Wolfsburg, fil-Ġermanja.
Kienet spiċċat f’idejn l-importaturi Ingliżi Colborne Garages minn fejn imbagħad kienet inbiegħet imma qatt ma kienet ġiet irreġistrata b’mod uffiċjali fir-Renju Unit.
Għal 30 sena, qabel instabet fl-1992, kienet miżmuma f’garaxx imma issa ġiet restawrata skont l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali inkluż b’aċċessorji fuq disinn tas-snin Ħamsin.
//= $special ?>