Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 24 ta’ Frar.
IN-NAZZJON b’intervista mal-Isqof ta’ Benghazi Silvestro Magro li bħalissa jinsab għal ftit jiem ta’ mistriħ f’Malta, qabel imur il-Vatikan għal laqgħa importanti mal-Papa Franġisku. F’rapport separat naqraw illi Simon Busuttil appella lill-Prim Ministru biex jieħu pożizzjoni ċara dwar Swissleaks.
THE MALTA INDEPENDENT bi storja esklussiva fil-faċċata relatata ma’ Swissleaks – jikkummenta l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi illi jinsisti li kull minn serva bħala Ministru fis-snin passati għandu obbligu jiddikjara kollox dwar il-flus depożitati f’banek Żvizzeri.
THE TIMES OF MALTA provat tieħu l-kummenti ta’ Ninu Zammit u Michael Falzon, iżda ma xtaqux jitkellmu dwar dan il-każ ta’ Swissleaks. Sadatant, iż-żewġ eks Ministri jinsabu sospiżi mill-Partit Nazzjonalista.
L-ORIZZONT bi storja dwar allegat abbuż li qed isir mis-sistema tal-iSmart Cards.
//= $special ?>