Xorta jżid il-ħlas b’€10 għat-tiġdid tal-passaport bejn April u Awwissu
Il-Gvern se jkun qed jagħmel u-turn quddiem iż-żieda esaġerata li ħabbar fit-tiġdid tal-passaporti li jsir bejn April u Awwissu. Wara li kien iddikjara li għas-servizz ta’ tiġdid ta’ passaporti kien se jkun hemm ħlas li se jitla’ sa €100, issa l-ħlas se jiġi rivedut għal €80 – żieda ta’ €10 flok ta’ €30 li skont il-Gvern hi żieda aktar raġonevoli.
Dan ikkonfermah il-Ministru Carmelo Abela li fid-dibattitu fil-Parlament tal-lejla, ammetta li ż-żieda issa se tkun aktar raġonevoli.
B’din id-dikjarazzjoni, il-Gvern se jkun qed jirrevedi ż-żieda esaġerata fil-ħlas għat-tiġdid tal-passaporti bejn April u Awwissu.
Fl-aħħar ġimgħat, l-Oppożizzjoni tkellmet kontra din iż-żieda li tfissret ukoll bħala diskriminatorja u esaġerata. Żieda f’servizz li joffri l-Gvern li hu fost 400 servizz li l-Gvern qed iżid il-ħlas għalihom.
Il-Ministru Carmelo Abela spjega li dan se jkun qed iservi ta’ deterrent għal min iħalli għall-aħħar, għaliex kien qed jirriżulta li ħafna persuni kienu jħallu għall-aħħar biex iġeddu l-passaport tagħhom.
Emenda oħra se ssir biex ikunu riveduti wkoll l-emmunision fees ta’ ċertu munizzjon.
//= $special ?>