Kawża mill-Obudsman kontra l-Gvern fuq il-promozzjonijiet fl-Armata
Id-deċiżjoni tal-Gvern li l-uffiċjali tal-Armata għandhom jagħmlu ilment uffiċjali lill-President tar-Repubbliku permezz tal-Ministeru tal-Intern, huwa “irraġonevoli u assurd”.
F’kawża preżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-Ombudsman, il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino kontra l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela u s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, huwa talab lill-Qrati Maltin biex jirrikonoxxu d-dritt tiegħu li jinvestiga l-promozzjonijiet fl-armata li kienu ngħataw f’Settembru tal-2013.
Ingħad li l-każ li kien beda taħt il-predeċċussur tal-Ministru Abela, l-ex Ministru Manwel Mallia, ilu għaddej għal din l-aħħar sena bil-Gvern jirrifjuta li jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman fuq l-promozzjonijiet fl-armata.
L-Ombudsman iddeskrieva l-atteġġjament tal-Gvern u l-insistenza tiegħu li l-uffiċċjali li qegħdin jagħmlu l-ilmenti tagħhom fuq il-promozzjonijiet mogħtija, li jgħaddu għand il-President, bħala xi ħaġa li ma tagħmel l-ebda sens.
Il-kawża tgħid li dan minħabba li kull petizzjoni lill-President tar-Repubblika, l-ewwel trid tgħaddi mill-Ministeru tal-Intern u l-Kmandant tal-Forzi Armati, t-tnejn li huma nvoluti fuq l-allegati inġustizzji.
F’dawn il-promozzjonijiet, numru ta’ maġġuri kienu promossi għal Lugutenent Kurunell, filwaqt li numru ta’ Logutent Kurunelli ġew promossi għal rank ta’ Kurunell. Sussegwentement numru ta’ uffiċjali fl-Armata kienu lmentaw mal- Ombudsman fejn dawn allegaw li sofrew inġustizzja minħabba li uffiċjali b’esperjenza ferm anqas, kienu ngħataw promozzjoni.
L-Ombudsman beda l-inveswtigazzjonijiet tiegħu u kien talab lill-Kmandant tal-Armata biex jirilaxxa d-dokumentazzjoni kollha relatata mal-każ, iżda f’Diċembru tal-2013, il-Kmandant infurmah li l-uffiċjali għandhom jagħmlu l-ilment tagħhom mal-President permezz tal-Ministeru tal-Intern.
Il-Ministeru insista wkoll li l-Ombudsman ma kellu l-ebda ġurisdizzjoni mal-każ, u li nsista wkoll li l-uffiċjal,i nwistjoni għandhom jippreżentaw petizzjoni lill-President ta’ Malta.
L-Ombudsman għamel referenza fuq ftehim li kien sar mal-Gvern preċedenti li kien jinkludi lill-ex President George Abela, fejn uffiċjali tal-Armata kellhom l-għażla li jippreżenta l-ilmenti tagħhom mal-Ombudsman jew il-President.
Permezz tal-protest ġudizzjarju, l-Ombudsman qed jitlob biex minn naħa tas-Segretarju Permanenti tkun preżentata d-dokumentazzjoni kollha relatata mal-każ. Fil-kawża, l-Ombudsman mhux biss talbet lill-Qorti biex tikkonferma l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq il-promozzjonijiet tal-armata, iżda biex tiddikjara wkoll li s-Segretarju Permanenti ħati ta’disprezz fil-konfront tal-Ombudsman minħabba r-rifjut tiegħu biex jissotometti d-dokumentyazzjoni neċċessarja relatata mal-każ.
Il-Gvern qed ikompli jimmina l-ħidma tal-Ombudsman, li hu mwaqqaf bil-Kostituzzjoni biex jagħmel skrutinju tal-istess Gvern
Dwar dan il-Partit Nazzjonalista qal li dan kollu jfisser li l-Gvern hu irresponsabbli u li qed jimmina l-Uffiċju tal-Ombudsman. Sitwazzjoni kawża tar-ras iebsa tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li ma jridx iħalli lill-Ombudsman jagħmel skrutinju fuq kwistjonijet dwar promozzjonijiet, ħafna minnhom abbużivi, fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan minkejja li l-Gvern ta’ Muscat kemm-il darba ppriedka dwar it-trasparenza. Issa qed jibża’ jħalli lill-Uffiċju tal-Ombudsman jagħmel skrutinju fuq il-ħidma tal-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li dan hu aġir li jimmina bl-aktar mod serju l-ħidma tal-Ombudsman – li hu mwaqqaf bil-kostituzzjoni u dan kollu qed iwassal biex ir-reputazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta qed tkompli taqa’ fl-livell mill-aktar baxx.
//= $special ?>