Kunsilli Lokali Lokali

Il-PN jagħmel differenza anke f’minoranza – Simon Busuttil waqt żjara f’Marsaxlokk

Il-Partit Nazzjonalista jagħmel differenza anke meta jkun f’minoranza u aktar minn hekk fejn ikun f’maġġoranza. Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta llum żar Marsaxlokk.

Matul il-laqgħa, Simon Busuttil tkellem ma’ numru ta’ sajjieda waqt il-ħidma tagħhom, kif ukoll ma’ sidien ta’ stabbilimenti u klijenti tagħhom. Spikka fost oħrajn l-ilment mis-sidien tal-istabbilimenti f’Xatt is-Sajjieda dwar xogħolijiet mill-Kunsill Lokali li ma tkomplewx, speċjalment fl-inħawi mill-Pjazza ewlenija fid-direzzjoni tal-Power Station.

Simon Busuttil qal li kif jixhdu diversi persuni li kellmuh, jidher ċar li l-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista f’Marsaxlokk ma ħadimx tajjeb. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista u l-Kunsillieri tiegħu huma effettivi, anke meta jkunu f’minoranza.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius u l-Kandidati tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Marsaxlokk.