Lokali Parlament

Ipejpju waqt xogħlijiet ta’ tibjid f’Mater Dei

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea ġibed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa dwar tipjip fil-bini tal-Isptar Mater Dei waqt xogħlijiet ta’ tibjid li kienu qed isiru dan l-aħħar.

Id-Deputat Nazzjonalista rrimarka fil-Parlament illejla, li r-riħa ta’ tipjip tista’ tidħol fis-swali u staqsa jekk kienx hemm xi bdil fil-policy f’dan ir-rigward.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne wieġeb li ma kien hemm ebda bidla fil-policy u se jinforma lill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar biex jieħu l-passi meħtieġa.