Il-Ministri tal-Finanzi taz-zona ewro approvaw il-proposti għal riforma mressqa mill-Greċja bl-iskop li tingħata estensjoni tal-bailout.
Fl-istess ħin, il-Ministri tal-‘Eurogroup’ qablu li jimxu ’l quddiem bil-proċeduri fuq bażi nazzjonali. Dan meta għandu jittieħed vot mill-Parlament, f’numru ta’ pajjiżi, biex il-ftehim ikollu l-approvazzjoni finali.
Il-proposti tal-Greċja jinkludu miżuri għall-impenji kontra l-evażjoni tat-taxxa u pjan biex il-pajjiż jikkonfronta t-traffikar tal-fuel u t-tabakk.
Il-President tal-Eurogroup, Jeroen Dijsselbloem, ikkummenta li l-Gvern tal-Greċja għaddej bi sforzi serji ħafna biex jirrispetta l-impenji għal riforma. Fl-istess ħin, Dijsselbloem qal li Ateni qed turi impenn inekwivoku biex tonora l-obbligi finanzjarji tagħha.
//= $special ?>