Lokali

Jinstab bott b’sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Dan il-portal huwa infurmat li f’dan l-aħħar jiem instab bott b’sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-bott instab waqt spezzjoni f’Diviżjoni 11 fil-Faċilità Korrettiva. Il-pulizija tal-Għassa ta’ Raħal Ġdid kienu mgħarrfa b’din is-sejba.

Il-bott instab f’waħda miċ-ċelel f’din id-Diviżjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.