Internazzjonali

Jinvestigaw it-titjiriet tad-drones fuq Pariġi

L-awtoritajiet Franċiżi qed ifittxu l-persuni li, matul il-lejl tat-Tnejn, tellgħu  mill-anqas ħames drones li dehru għaddejjin fuq l-aktar monumenti u nħawi importanti ta’ Pariġi.

Id-drones, li huma inġenji li jaħdmu bir-remote control, għaddew ukoll minn fuq il-bini tas-sigurtà, inkluż l-Ambaxxata Amerikana, minbarra zoni sensittivi oħrajn.

Hu mifhum li l-pulizija, bħalissa, għaddejja bl-investigazzjonijiet relevanti fuq it-talba speċifika tal-Prosekutur ta’ Pariġi, hekk kif mhumiex permessi t-titjiriet tad-drones fuq iz-zoni urbani tal-belt kapitali.

Id-drones fl-eqqel tal-aħħar drama għaddew fuq l-inħawi qrib it-Torri Eiffel, il-Place de la Concorde u t-Torri ta’ Montparnasse, li hu l-ogħla skyscraper fil-belt kapitali Franċiża.

Fl-istess ħin, l-awtoritajiet qalu li l-investigazzjoni attwali mhix relatata mal-miżuri għal kontra t-terroriżmu li qed ikunu implimentati fuq livell nazzjonali.