Lokali

Jisirqilha l-portmoni iżda jispiċċa jirritornah u jiskuża ruħu

habta
Incident

Maltarightnow.com jinsab infurmat li seħħet serqa mhux tas-soltu fil-Mosta.

Dan hekk kif nhar it-Tlieta għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħaxija ġuvni mhux magħruf ħataf il-portmoni ta’ mara li kienet qed taqsam triq fil-Mosta. Il-mara bdiet tgħajjat għall-għajnuna.

Iżda jidher li żewġ żgħażagħ irnexxielhom jaraw din is-serqa u ġrew wara l-ħalliel sakemm qabduh. Huma ħadu lura lill-ħalliel fejn il-mara. Kien hawn li l-ħalliel skuża ruħu mal-vittma u qalilha li jiddispjaċieh ta’ li għamel imma ma kellux flus. Huwa rritorna l-portmoni lill-mara u telaq bil-mixi minn fejn il-vittma.

Il-vittma għamlet rapport fl-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.