Din il-konkluzjoni ħarġet fi stħarriġ li sar tal-Eurobarometer – stħarriġ li jsir madwar l-Unjoni Ewropea kollha, inkluż f’Malta.
Fir-riżultati tal-istħarriġ jirriżulta li l-immigrazzjoni issemma bħala kwistjoni ta’ tħassib minn 57% ta’ dawk kollha li għamlu l-istħarriġ. Apparti minn hekk din ir-rata tpoġġi lill-poplu Malti bħala l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jħares lejn l-immigrazzjoni bħala kwistjoni ta’ tħassib.
Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Eurobarometer tħabbru t-Tlieta filgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
F’riżultati oħra li joħorġu minn dan l-istħarriġ, il-Maltin jemmnu li fil-futur għandu jkun hemm politika komuni fl-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni. Il-Maltin huwa wkoll l-aktar poplu fl-Unjoni Ewropea li jħares b’ottimiżmu lejn il-futur tal-Unjoni Ewropea.
L-istħarriġ xjentifiku sar sar f’Novembru li għadda fost aktar minn 30,000 persuna madwar l-Unjoni Ewropea; ftit aktar minn ħames mija minnhom ikunu Maltin.