It-terroristi tal-grupp ISIS ħatfu l-għexieren tal-Kristjani Assirjani mill-villaġġi lejn il-Grigal tas-Sirja.
Il-kelliema għall-grupp Syrian Observatory for Human Rights qalu li talanqas 90 irġiel, nisa u tfal inħatfu fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqt sensiela ta’ rejds mit-terroristi fuq zona qrib il-belt ta’ Tal Tamr.
Mifhum li numru ta’ Kristjani fl-inħawi rnexxielhom jaħarbu lejn il-belt ta’ Hassakeh li, fil-parti kbira, hi kontrollata mill-Kurdi.
L-iżvilupp seħħ waqt li l-ġellieda Sirjani Kurdi, appoġġjati mill-qawwiet tal-ajru tal-koalizzjoni multinazzjonali taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti, komplew javvanzaw fuq it-territorji tas-Sirja amministrati mill-ISIS.
//= $special ?>