Internazzjonali

Aġġornata: Mill-anqas tmienja maqtula fi sparatura f’ristorant fil-Lvant tar-Repubblika Ċeka

Mill-anqas tmien persuni nqatlu waqt sparatura li seħħet fil-belt ta’ Uhersky Brod, li tinsab fil-Lvant tar-Repubblika Ċeka. L-ewwel rapporti qed jgħidu li raġel armat daħal f’ristorant u beda jispara lejn kulmin kien hemm.

Filwaqt li d-dettalji għadhom deħlin, kelliema għall-Pulizija kienu kkwotati jgħidu li l-aggressur miet ukoll. Hu maħsub li fir-ristorant kien hemm mill-anqas 20 persuna fil-ħin tal-attakk.