Ħabta bejn vettura privata u karozza tal-linja ma’ roundabout ftit qabel it-Telgħa t’Alla u Ommu kkawżat paniku fit-traffiku.
Skont informazzjoni li għandu MaltaRightNow jirriżulta li f’dan l-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar, persuna kellha bżonn l-attenzjoni medika. Fortunatament jidher li l-mara m’għandha xejn gravi imma sofriet qata’ f’wiċċha.
Jirriżulta li l-karozza tal-linja kienet qed iddur mar-roundabout meta għal xi raġuni seħħ impatt ma’ karozza privata. Dan wassal biex inġema’ serbut kbir ta’ karozzi.
Ftit tal-ħin wara fuq il-post waslu uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija li warrbu ż-żewġ vetturi mal-ġenb biex it-traffiku seta’ jgħaddi b’mod iktar faċli.
//= $special ?>