Lokali Qorti

Probation għal sena wara li gidmet il-widna tas-sieħeb tagħha

Mara ta’ 33 sena, mill-Fgura ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li ammettiet li fl-4 ta’ Ottubru li għadda fil-Fgura stess, gidmet widint is-sieħeb tagħha, li fil-Qorti ħafrilha ta’ dak li għamlet.

Yvette Grima, ammettiet li mingħajr il-ħsieb li toqtol jew li tqiegħed il-ħajja fil-periklu tas-sieħeb tagħha, kkaġunatlu ferita gravi li ġabitlu mankament jew sfreġju. Minkejja li s-sieħeb ta’ Grima, ħafrilha, li kieku hi m’ammettietx, il-każ kontriha mill-Pulizija kien ikompli minħabba n-natura tal-każ.

Għal Grima deher l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Angie Muscat. Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Carol Peralta filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Spiridione Zammit.