Lokali

Raġel mhux armat u l-anqas mgħammad jidħol u jisraq spiżerija fil-Marsa

Raġel mhux armat u l-anqas mgħammad daħal ġo spiżerija fil-Marsa fejn qabad il-‘cash-register’ li kien hemm ġol-ħanut u telaq ‘il barra biha.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.55 ta’ waranofsinhar, bil-Pulizija jiġu nfurmati bil-każ.

Fil-ħin tas-serqa kien hemm biss persuna waħda fil-farmaċija. Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

Għad mhux magħruf l-ammont ta’ flus li kien hemm fil-‘cash-register’.

serqa marsa