Lokali

Ritratti: Siġra tal-“waħx” fiż-Żona Industrijali f’San Ġwann

Ritratti li waslu għand MaltaRightNow.com juru siġra “tal-waħx” li fl-aħħar sigħat ġiet ‘modifikata’ b’tpinġija, siringi u saħansitra flixkun biex ħolqot impressjoni ta’ tip ta’ mostru fuq din is-siġra.

Mhux magħruf meta din is-siġra, li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann, ġiet vandalizzata.

Min bagħat dawn ir-ritratti fisser it-tħassib tiegħu li ż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann qed issir dejjem iktar midħla ma’ persuni suspettużi, b’mod speċjali dawk li jabbużaw mid-droga.

sigra 3sigra 5sigra 1