Qorti Iżlamika fl-Arabja Sawdija kkundannat raġel għall-mewt wara li hu ċaħad il-fidi Musulmana bl-aktar mod enfatiku.
Il-gazzetta ‘Saudi Gazette’ qalet li r-raġel, li għandu anqas minn 30 sena, bagħat filmat tiegħu fuq l-internet fejn jidher iċarrat kopja tal-Koran filwaqt li jagħtiha d-daqqiet b’żarbuna.
L-Arabja Sawdija – magħrufa bħala ‘l-benniena’ tal-Iżlam – issegwi r-regoli reliġjużi stretti tal-komunità ‘Wahhabi’ tas-Sunni Musulmani. Dan ukoll meta l-kleru Musulman jikkontrolla s-sistema tal-ġustizzja nazzjonali.
L-interpretazzjoni tal-liġi Iżlamika ta’ Sharia, skont il-‘Wahhabi’ tesiġi li jingħata l-piena tal-mewt kull min jiċħad it-twemmin Iżlamiku.