Tliet sewwieqa dalgħodu waqfu bil-karozzi tagħhom fil-main road tal-Imsida biex jgħinu qattusa li kienet għadha kif ittajret minn taxi. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu.
Waħda mis-sewwieqa ħadet lill-qattusa għand veterinarju fejn qed tiġi operata bit-tama li ssalva.
Ġest mill-isbaħ f’mument meta s-sewwieqa jkunu mgħaġġla biex ilaħħqu jidħlu x-xogħol fil-ħin.
//= $special ?>