Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 25 ta’ Frar.

L-iskandlu tal-Cafe’ Premier u r-Rapport tal-Awditur Ġenerali jiddominaw il-faċċati tal-ġurnali ppubblikati llum.

IN-NAZZJON jgħid illi l-Awditur Ġenerali kkundanna l-mod kif sar l-akkwist tal-Cafe’ Premier fil-Belt. Il-gazzetta MALTA TODAY tgħid li dan huwa rapport li jimbarazza lill-Gvern, għaliex ifisser bailout ta’ €4.2 miljun mingħajr id-dokumentazzjoni neċessarja.

THE MALTA INDEPENDENT ukoll tirrapporta illi l-Awditur Ġenerali ma sabx biżejjed raġunijiet għaliex sar dan il-bailout xprunat minn naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Filwaqt li THE TIMES OF MALTA tgħid li biex inxtara l-Cafe’ Premier mill-Gvern Laburista, inħarġu €210,000 f’commissions – flus li, kif tgħid din il-gazzetta, ħarġu kollha mit-taxxi tal-poplu.

L-ORIZZONT huwa l-uniku ġurnal li ma jsemmi xejn dwar dan l-iskandlu.