Il-President tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Jesmond Bonello kkonferma li l-lista ta’ 120 impjieg li ħarġet l-Enemalta, u li għandha aċċess għaliha l-General Workers Union, qatt ma waslet għand il-UĦM.
Quddiem dawn l-iżviluppi, il-President tal-UĦM sejjaħ laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tal-Union, li ddiskuta s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-ħaddiema tal-Enemalta.
Preżenti għal-laqgħa kien ukoll hemm ix-Shadow Minister għall-Enerġija, it-Tasport u l-Ambjent Marthese Portelli, kif ukoll rappreżentant tax-Shadow Minister għax-Xogħol Therese Comodini Cachia, li ma kinitx preżenti minħabba impenji fi Brussell.
Waqt il-laqgħa, Marthese Portelli tenniet li l-Oppożizzjoni qegħda hemm għall-ħaddiema kollha tal-Enemalta.
//= $special ?>