Internazzjonali

Ir-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud iqassam €28 biljun lil niesu

Ir-Re ġdid tal-Għarabja Sawdija Salman bin Abdulaziz Al Saud qassam ftit iktar minn €28 biljun lill-impjegati taċ-ċivil, pensjonanti u studenti tal-pajjiż biex jiċċelebra l-koronazzjoni tiegħu.

B’dan il-ġest inkredibbli, il-persuni li bbenefikaw irċivew paga ta’ xahrejn. U fuq is-siti soċjali bdew jittellgħu ritratti ta’ persuni jifirħu b’mobiles ġodda, karozzi lussużi u oħrajn igawdu xi vaganza eżotika.

Oħrajn ftaħru li se jġemmgħu dawn il-flus biex jiżżewġu t-tieni jew it-tielet mara tagħhom kif inhi tradizzjoni fil-pajjiż.

Ir-Re stess ħabbar din l-għotja fuq Twitter: “Għażiż poplu: jixirqilkom ħafna iktar minn hekk, u kwalunkwe’ ħaġa li se nagħmel mhux se nkun kapaċi nagħmel dak kollu li ħaqqkom.”

Numru ta’ kumpaniji privati segwew l-eżempju tar-Re u wkoll taw bonuses ġenerużi lill-impjegati tagħhom.