Internazzjonali

Isellmulu għall-aħħar darba qabel traqqad

Kelb tas-servizz użat mill-Pulizija f’Wooliwich, New Jersey, ingħata salut ta’ rispett minn sħabu l-uffiċjali fil-mixja tal-aħħar qabel traqqad.

Il-kelb, li kellu 9 snin, kien qed isofri mill-Cushings Disease, u ma kienx hemm triq oħra ħlief l-ewtanasja. Din il-kundizzjoni twassal għal ħafna kumplikazzjonijiet f’saħħet min ikun affettwat.

B’dieqa li se jitilfu wieħed minnhom, l-uffiċjali tal-Pulizija nġabru biex isellmu u jagħtu sinjal ta’ rispett lil dan il-kelb. Hu ngħata wkoll il-ġugarell favorit tiegħu, waqt li kien iggwidat mill-uffiċjal Mike Franks.

Matul il-karriera tiegħu dan il-kelb wassal għall-arrest ta’ 152 persuna, it-tneħħija ta’ għexieren ta’ armi illehali, qbid ta’ droga kif ukoll il-konfiska ta’ madwar $47,000.