Lokali

Kemm se tieħu lura meta tagħmel top-up tal-mobile?

F’dawn il-jiem numru ta’ persuni qed ikomplu jirċievu notifika mingħand il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni fejn ikunu mfakkra li meta jixtru card tal-mobile se jitilfu 4% minn dak li ħallsu.

Cardd

Dan wara li fil-Baġit li għadda, il-Gvern Laburista daħħal taxxa ġdida li permezz tagħha, minn Marzu li ġej, minn kull card li se jixtri l-konsumatur se jieħu 4% inqas.

Il-kumpaniji qed jibagħtu dawn in-notifiċi biex jiddiassoċjaw ruħhom mir-responsabbilta’ ta’ din it-taxxa li ġiet imposta fuq il-konsumatur mill-Gvern.

Kull kumpanija hi affettwata minn din it-taxxa ġdida li daħħal il-Gvern.

Aġġornata: Fi stqarrija, il-kumpanija tal-Partit Laburista li toffri servizz tat-telefonija ċellulari xtaqet tikjarifika li t-top-ups mill-klijenti tagħha mhux se jiġu affettwati.