L-attriċi veterana Taljana Ornella Muti (fir-ritratt) kienet ikkundannata tmien xhur ħabs u multa ta’ 600 ewro minn qorti fi Prodenone.
Muti, li isimha proprju hu Francesca Romana Rivelli, tevita l-ħabs jekk tħallas 30,000 ewro lill-Assoċjazzjoni tat-Teatru ta’ Prodenone bħala danni.
Dan ġara wara li nstabet ħatja ta’ ingann peress li talbet tabib jagħmlilha ċertikat tal-mard biex tħassar impenn li kellha meta fil-fatt ma kinitx marida u marret Moska għal wirja.
Il-każ imur lura għall-2010 meta Muti kellha tieħu sehem f’wirja fit-teatru lokali f’Prodenone imma hi ma attendietx peress li qalet li ma kinitx tiflaħ. Fil-fatt iżda hi kienet f’San Pietruburgu fir-Russja tattendi ikla mal-President Russu Vladimir Putin, u fejn preżenti kien hemm ukoll l-attur Amerikan Kevin Costner.