Internazzjonali

Lura għal-lieva fil-Litwanja

Minħabba t-tensjoni preżenti, il-Litwanja trid terġa’ ddaħħal il-lieva. Dan tħabbar mill-President Dalia Grybauskaite.
Il-lieva, jekk approvat mill-Parlament, tiddaħħal biss għal perjodu ta’ ħames snin biex tingħata spinta lill-militar tal-pajjiż.
Il-Litwanja kienet xoljiet il-lieva fl-2008 imma jekk il-proposta tkun approvata, il-lieva se tkun tgħodd għall-irġiel li għandhom bejn id-19 u s-26 sena b’eċċezzjonijiet għal ċerti każi bħal single fathers u studenti universitarji. Bis-sistema l-ġdida, kull sena 3,500 raġel se jidħlu fil-militar Litwan.
Il-Litwanja, li kienet Repubblika Sovjetika, illum hi parti mill-Unjoni Ewropea u n-NATO u minħabba l-kriżi fl-Ukrajna, it-tensjoni mar-Russja żdiedet sew.